Hawn huma l-Antenati…

Ħa niftiehmu, jaslu fl-4 ta’ Novembru li ġej għall-ewwel serata ta’ Scrooge Cocktail għax iridu jiġu mill-bogħod. Imma issa almenu tafu min huma: Hector Bruno, Ron Briffa u Snits, li se jkunu l-protagonisti fost il-ħafna artisti bravi oħra li se joffri dan l-ispettaklu uniku.
Però xogħol it-tliet antenati x’inhu proprjament? Tgħid jiġu minn Scrooge?
U fuq kollox x’qed jippretendu minn Scrooge?

Hemm ħafna aktar x’tiskopru f’dan l-ispettaklu komiku/mużikali u satiriku.
Tkunu tafu aktar fil-ġimgħat li ġejjin…


Minbarra s-sorpriża finali! Dik tiskopruha biss fis-serati tal-Istitut Kattoliku f’Novembru li ġej.

BOOKING FEE
Il-Booking Fee (BF) ta’ €1.50 hija miżjuda ma’ kull biljett mixtri online u tinkludi l-VAT u l-irċevuta li tintbagħatlek separatament. Dan il-ħlas żgħir iservi biex jipprovdilek is-servizz tal-biljett u jinkludi x-xogħol fuq is-sistema, customer care u spejjeż oħra involuti biex jingħata dan is-servizz. Il-ħlas tal-booking ma jkunx jista’ jingħata lura, fl-ebda ċirkostanza. L-għan tagħna hu li nagħmlu s-sistema ta’ xiri ta’ biljetti online waħda kemm jista’ jkun faċli u bla problemi kemm għal min jixtri l-biljetti u kemm għall-organizzaturi tal-attività.
Għal aktar tagħrif jew problema tista’ ċċempel 99476468 jew email info@ktrmalta.com.